music



Back to Band Profile 

FOOTPRINTS

10/8/2009 7:00 PM at Magazino
Valletta Waterfront, Valletta,
Cost: Free

nti żagħżugħ jew żagħżugħa? Involut/a f’ħidma volontarja? Tgħin fil-parroċċa? Fl-għaqda tiegħek? Twettaq xi ħidma ma’ xi moviment jew istituzzjoni oħra? Involut/a fil-volontarjat matul is-sena kollha, jew matul ix-xhur tas-sajf biss? Forsi sifirt biex toffri s-servizzi tiegħek lil popli oħrajn? Din hija laqgħa ta’ ringrazzjament għal ħidma li wettaqna bħala żgħażagħ impenjati f’mixja ta’ fidi fl-ambjenti differenti li aħna impenjati fihom. Inħeġġu lil kull min organizza ħidma volontarja matul is-sajf, jew ser ikun qiegħed jagħmel dan matul ix-xhur li ġejjin sabiex jattendu, u jħeġġu lil sħabhom jattendu. Niltolbukom tirreġistraw l-attendenza tagħkom individwalment jew f’isem gruppi differenti permezz ta’ email fuq info@kdz.org.mt. Din l-attivita hija ikkummissjonata mill-KDZ lil grupp Gi.Fra. Floriana, li qiegħdin jorganizzaw l-attivita. Il-mużika ser tkun provduta mill-band Footprints. L-attivita ser issir fil-Valletta Waterfront bħala parti mill-attivitajiet tal-Ġimgħa Nazzjonali taż-Żgħażagħ organizzati mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. Wara l-attivita ser ikun xi mumenti għal ħin informali ma’ l-Arċisqof.